L-Ghaqda Drammatika Xewkija


Nilqghukom fis-sit elettroniku il-gdid taghna. L-Ghaqda Drammatika Xewkija huwa grupp teatrali maghmul partikolarment minn membri Xewkin li lkoll jaghtu sehemhom b'mod volontarju biex jittellghu l-produzzjonijiet fuq il-palk. Meta t-Teatru kien komplut, fl-ahhar tas-sena 1979, gie deciz li titwaqqaf ghaqda li tkun tista' tiehu hsieb il-produzzjonijiet fuq il-palk u dan sehh fl-1980, bl-ewwel produzzjoni tkun l-operetta 'Fior di Loto'. Minn dak inhar 'il quddiem l-Ghaqda Drammatika Xewkija kompliet ittella' aktar operetti sal-bidu tas-snin disghin.

Fis-sena 1991 l-Ghaqda tellghet l-ewwel dramm li kien 'Is-Salib tal-Fidda', li kien success u minn dak inhar 'il quddiem qatt ma harset lura u kompliet ittella' aktar drammi b'success. L-Ghaqda zzomm l-appuntament taghha mill-inqas darbtejn fis-sena: dramm ghal zmien ir-Randan u dramm iehor f'Ottubru/Novembru. L-Ghaqda tixtieq tirringrazzja b'mod partikolari lil Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca li ghal dawn s-snin kollha kien it-tmun li mexxa dan il-grupp teatrali.

Illum, l-Ghaqda hi maghmula minn diversi persuni ta' kull eta' li ghandhom ghal qalbhom it-Teatru, kemm bhala atturi, kif ukoll bhala stagehands. Il-hidma fi hdan din l-ghaqda hija kontinwa, peress li l-produzzjonijiet jitolbu hafna xoghol u preparazzjoni. Ghalkemm hafna mill-membri huma Xewkin, dan ma jfissirx li din l-Ghaqda hija miftuha biss ghax-Xewkin, anzi, hija ghaqda li tilqa' fiha lil dawk kollha li jhobbu t-teatru.

Ghalhekk kull min jixtieq li jkun parti mill-Ghaqda Drammatika Xewkija, u jkollu parti mill-produzzjonijiet li jittellghu, jista' jiddownlowdja l-applikkazzjoni jew jikkuntatjana billi jibghatilna e-mail fuq info@teatrugovanni.org u ahna nwieghdu li inwiegbu fl-iqsar zmien possibbli.

Il-Bini tac-Centru Parrokjali tax-Xewkija


Waqt li l-holma kbira tax-Xewkija li tinbena Knisja f'ghamla tonda bdiet issehh taht it-tregija tal-mibki Arcipriet Grech, dik il-holma l-ohra li jinbena Centru Parrokkjali qrib l-istess Rotunda kienet qed isehh ukoll. Hekk zewg holmiet kbar dik tal-bini tar-Rotunda u tal-bini tac-Centru Parrokkjali sehhu fil-milja taghhom.

Kull bidu ta' xi opra kbira jkollu id-diffikultajiet. Izda bit-thabrik u bil-kuragg ilkoll gew mamghula b'wicc il-gid. F'Mejju ta' l-1976 bdiet tinhatt id-dar il-qadima u x-Xewkin sewwa sew kif kienu ghamlu bil-bini tar-Rotunda, meddew idejhom bla hlas ghal dan ix-xoghol. Fi ftit xhur inbeda x-xoghol fuq il-pedamenti.

Il-pjanta maghmula b'sengha u previzjoni kbira mill-Perit is-Sur Joseph Dimech saret b'mod li l-bini tac-Centru jkun jaqbel kemm jista' jkun ma' l-arkitettura tal-Knisja Rotunda. Il-bini gie fdat lill-bennej Cikku Cini. Hawn ta' min isemmi l-koperazzjoni shieha tal-Familji Farrugia u Ciantar.

Ix-xoghol tal-bini baqa' miexi b'ritmu mghaggel u sal-Milied ta' l-1977 kien ga tlesta l-ewwel sular tac-Centru. Billi f'Gunju ta' l-1978 kellhom isiru l-Festi Centinarji fix-Xewkija, hafna haddiema ghenu mhux ftit fit-tqeghid u lustru tal-muzajk, madum, tikhil u brix. Il-konkrit kien f'idejn Joseph Attard u sibna koperazzjoni kbira anke biex nissellfu cranes, mixture trucks u ingenji ohra. Lil dawn kollha li huma inroddulhom hajr.

B'dan ix-xoghol li qatt ma qata', maghmul mix-Xewkin ghax-Xewkin, il-wirja kbira li saret fl-ewwel sular fil-festi Centinarji kienet success. F'Settembru ta' l-1978 ic-Centru beda jiftah regolarment ghal-laqghat u saret ukoll il-gimgha taz-zghazagh.

Fis-sena 1979 tlesta wkoll it-tieni sular kif ukoll ix-xoghol tal-konkrit ta' l-isqfa. Min jista' jghid xi flus gew iffrankati bil-hidma habrieka u wtieqa tax-Xewkin!!

Fl-ahhar tas-sena 1979 tkomplew thejjijiet tac-Centru Parrokjali specjalment id-dekorazzjoni tas-Sala l-Kbira mid-disinjatur Ghawdxi s-Sur Carmel Grech.

Xieraq li nahtu xi hjiel fuq il-facilitajiet li joffri dan ic-Centru. Sala spazzjuza b'Palk mghammar tajjeb, Lecture Room kbira, zewg swali ghal-laqghat ta' l-ghaqdiet, Bar kbir, Workshop, Librerija mdaqqsa u Sala ghall-indoor games, kif ukoll Ufficcju Parrokkjali.

Kollox hu mahsub fuq linji moderni halli 'DAR IL-PARROCCA' isservi ghal gid u progress tal-poplu Xewki ingenerali u fl-ahhar izda mhux l-inqas, ghall-futur taz-zghazagh Xewkin.