| Ghat-tieni sena konsekuttiva, l-Ghaqda Drammatika Xewkija ser ittella’ produzzjoni originali ohra bi tkomplija mal-ewwel wahda – L-Ingassa 2 – Ir-Realtà Mtappna.
Fl-ewwel produzzjoni ltqajna ma’ Don Luciano, ragel ta’ poter li ghalih xejn m’hu xejn. Niftakru li kien qatel lil Rosalia u Renato Polito. Nafu wkoll li iben Don Luciano ma kien ibnu xejn izda iben il-koppja Polito. Barra minn hekk, il-familja Polito kellha wild iehor, Giovanni li kien trabba’ fl-istitut. Meta kibru dawn iz-zewg subien kellhom xi jghidu fuq Anna, bint Don Luciano u hallejna l-istorja billi z-zewg ahwa sabu lil xulxin. U issa x’se jigri minn hawn ’l quddiem?
Ovvjament l-intricci ma jonqsux u nsegwu x’wassal biex gara dak kollu li gara f’Ingassa 1. Naraw ghaliex Don Luciano ghazel propju lill-familja Polito u b’hekk tohrog il-verità kollha ghaliex seraq it-tifel ta’ din il-familja u mhux ta’ familja ohra. Sadanittant il-pulizija ghadha ghaddejja bil-hidma taghha kontra l-kriminalità mafjuza. Tghid jirnexxilha tasal ghal xi forma ta’ konkluzjoni?
F’din il-produzzjoni tilghab parti importanti l-imhabba u jigi zvelat sigriet li jbiddel hafna mill-pjanijiet li jkunu digà gew ippjanati! Tghid xi sigriet iehor dwar Don Luciano? Jew sa jidhol xi karattru gdid?
Id-darba l-ohra gejna infurmati li Don Luciano harab. Tghid ghadu mistohbi jew inkixef wahdu ghax id-dnub ma jorqodx? Jew forsi xi hadd iehor qed ihallas ghad-danni kollha?
|